Sentenza sopsiża għal raġel li ħebb għal raġel ieħor b’lembuba 

Aqra wkoll

Raġel kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li kellu argument ma’ raġel ieħor ġewwa San Ġiljan u li allegatament waqt l-istess argument, għamel użu minn lembuba.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ imur lura għal bidu ta’ Awwissu taa’ erba’ snin ilu. L-imputat kien akkużat li ħebb għal vittma u li kiser il-paċi pubblika. 

Meta kien mitkellem mill-Pulizija, il-vittma qal li lemaħ  persuna li riedet tipparkja l-vettura quddiem il-garaxx u peress li kien hemm lavrant ipparkjat mar jgħidlu biex iċaqlaq il-karozza.

Ingħad li kien hawnhekk fejn l-argument eskala u li allegatment ħareġ il-lembuba mid-dar u allegatament beda jagħti biha lill-vittma, bil-konsegwenza li dan kellu jittieħed l-Isptar għal iktar kura. 

Il-Maġistrat Frendo Dimech qalet li kuntrarjament għal dak li qal lill-Pulizija, kien proprju l-imputat li hekk kif il-vittma għadda minn warajh warrbu bil-minkeb u tefgħu fuq vann ipparkjat mal-bankina.

Qalet li kieku verament l-imputat inħasad ma kienx imur jattakka bniedem darbtejn imma jidħol għall-kenn u s-sigurtà ta’ daru.

Minbarra s-sentenza ta’ ħabs sospiża, il-Qorti ordnat lil imputat jagħti lill-vittma kumpens ta’ €1,000 u ħarġet ordni ta’ trażżin għal perjodu ta’ tlett snin biex tipproteġi lill-vittma.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport