Sunday, November 24, 2024

Sentenza sospiża għal raġel li vvandalizza 17 -il karozza waqt li kien fis-sakra fis-Swieqi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 27 sena mid-Danimarka, residenti Tas-Sliema ġie kkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba snin. Dan wara li l-Qorti sabitu ħati li vvandalizza madwar 17 -il karozza fis-Swieqi.

Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Roderick Attard u Michael Vella, spjegat li r-raġel kien akkkużat ukoll li kkawża ħsara fuq proprjetà privata u li m’obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu minn uffiċjali tal-pulizija.

Huwa kien akkużat ukoll li kiser l-paċi pubblika, li kien fis-sakra u li minħabba l-istess raġuni, ma kienx kapaċi jieħu ħsiebu f’post pubbliku. Fil-Qorti, l-akkużat wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Fis-sottomissjonijiet dwar il-piena, l-Ispettur Attard qal li l-akkużat kien ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija u kien hawn fejn lifiċ-ċirkostanzi, huwa għandu jingħata sentenza sospiża u mhux jintbagħat il-ħabs.

Id-Difiża mmexxija mill-avukat Ingrid Zammit Young qalet lill-Qorti li l-akkużat iddispjaċih ħafna dwar dak li għamel waqt li kien fis-sakra u sostniet li kien lest iħallas għat-tiswijiet kollha li rriżultaw mill-ħsara li kien ikkawża.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti kkundannatu għal 18-il xahar ħabs, li ġew sospiżi għal erba’ snin. Huwa ġie mmultat ukoll €150.

Sport