Friday, December 27, 2024

Sentenza sospiża għal Taljan li seraq flus kontanti minn residenza f’Għawdex

Aqra wkoll

Taljan ta’ 25 sena kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li seraq minn ħanut f’Għajnsielem, Għawdex.

Il-każ seħħ nhar l-14 ta’ Settembru meta l-Pulizija kienu infurmati mis-sid tal-post li sab ammont ta’ flus kontanti misruqa.

Il-Pulizija minnufih bdew bl-investigazzjonijiet intensivi li wasslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel. Huwa ġie arrestat il-Ġimgħa waranofsinhar hekk kif ħareġ minn blokka ta’ appartamenti f’Għajnsielem.

Huwa tressaq b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, fejn ammetta l-akkużi u kien ikkundannat sentenza sospiża.

Ekonomija

Sport