Wednesday, July 24, 2024

Sentenza sospiża għal żewġ carers li nstabu ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ anzjana f’San Vinċenz

Aqra wkoll

Żewġ carers li jaħdmu fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paul ingħataw sena ħabs sospiża għal erba’ snin, wara li l-Qorti sabithom ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ anzjana ta’ 101 sena meta waqatilhom minn fuq il-lifter.

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-każ imur lura għal 31 ta’ Awwissu tal-2019 fis-sala magħrufa bħala Rużar Briffa Ward 3, biż-żewġ carers barranin u t-tabib, li isimhom ma jidhirx fis-sentenza, tressqu fil-Qorti mill-Ispettur Paul Camilleri wara li l-inkjesta maġisterjali kkonkludiet li kienu responsabbli għall-mewt tal-anzjana.

Mill-provi li tressqu quddiem il-Maġistrat Monica Vella rriżulta li l-vittma kienet qiegħda tinġarr permezz ta’ lifter meta waqgħet mal-art. Ġie spjegat li wara li l-anzjana waqgħet, ssejjaħ tabib u dan ibbukjala X-ray għall-għada. Pero’ ġara li ftt tas-sigħat wara li seħħ l-inċident, l-anzjana mietet kawża ta’ attakk tal-qalb u kien għalhekk li nfetħet inkjesta.

Wara li ssejjaħ t-tabib dan ibbukjalha X-ray għall-għada imma ftit sigħat wara l-anzjana mietet kawża ta’ attakk tal-qalb u kien għalhekk li nfetħet l-inkjesta maġisterjali.

Wara li xehdu diversi persuni li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul, fosthom l-akkużati, il-Maġistrat Vella qalet li l-kawża tal-mewt tal-vittma kienet l-istess waqgħa meta waqgħet minn fuq il-lifter.

Fil-Qorti, il-Maġistrat spjegat li kieku l-anzjana ma waqgħetx, din ma kinitx tmut fi ftit sigħat. Kien hawn ukoll fejn il-Maġistrat irrrimarkat li temmen li l-attakk fil-qalb ġie kkawżat mill-ġrieħ li sofriet mal-waqgħa.

Ġie spjegat ukoll kif l-irwol tal-carers huwa li meta jaqa’ pazjent, dan ma għandux jintmess qabel ma jiġi it-tabib jagħmel il-vista. Sostniet li minflok qabdu u tellawha fiis-sodda, huma kellhom iċemplu għall-għajnuna meħtieġa. Qalet ukoll li jekk ma kellhomx il-faċilita’ illi jċemplu, setgħu jafsu l-buzzer li kien hemm imwaħħal mas-sodda

Fil-fehma tagħha, il-Qorti qalet li ma tistax tifhem kif ż-żewġ carers, li huma kkunsidrati bħala semi-professjonisti ma kienux attenti biżżejjed u li ġralhom li ġralhom b’nuqqas ta’ attenzjoni.

Il-Qorti ma sabitx lit-tabib ħat, bir-raġuni li dan mar iimmedjatament meta ntalab biex jagħmel dan. Dan filwaqt, li saret referenza għall-fatt li fl-istess residenza dak iż-żmien kien hemm mal-1,300 anjan.

Il-Maġistrat Vella kkonkludiet ukoll li minbarra n-negliġenza tal-carers, kien hemm ukoll dik tal-fiżjoterapista, minħabba li din ma ddeċdietx liema tip ta’ sling il-pazjenta kellha bżonn tagħmel użu minnha.

Hija ordnat li s-sentenza tiġi komunikata lill-Kummisarju tal-Pulizija għax flimkien mal-akkużati kellhom jitressqu nies oħra, fosthom il-fiżjoterapista, waqt li qalet li għandu jiġi kkunsidrat ukoll jekk iż-żewġ carers barranin għandhom jibqgħux jaħdmu Malta għax ma tawx is-servizz li kellhom jagħtu skont il-liġi.

Il-Maġistrat Vella ordnat ukoll li s-sentenza tiġi għall-attenzjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul biex issir investigazzjoni dwar il-lifters, hoists, hammocks u slings użati.

Ekonomija

Sport