Wednesday, July 24, 2024

Balzan jaħtru lil Dave Rodgers bħala l-coach il-ġdid tagħhom

Aqra wkoll

Balzan ħatru lil Dave Rodgers bħala l-coach il-ġdid tagħhom. Huwa jieħu post Oliver Spiteri li ħalla l-kariga tiegħu x-xahar li għadda.

Tul il-karriera tiegħu bħala plejer, huwa lagħab prinċipalment fl-Irlanda wara li beda l-karriera tiegħu fl-Ingilterra u kellu perjodi fl-Iskozja u l-Irlanda. Rodgers beda l-karriera tiegħu ta’ kowċ ma’ Home Farm bħala assistant coach u wara ħadem bħala assistant coach ma’ Woodview Celtic.

Huwa kkowċja lil Duleek u lil Ballymun United qabel ingħaqad mal-akkademja ta’ Liverpool. Huwa serva bħala assistant coach tat-tim nazzjonali tal-Indja u mbagħad inħatar bħala kowċ ta’ DSK Shivajians. Iktar tard ingħaqad ma’ FC Arizona fl-Istati Uniti u wara perjodu man-Nottingham Forest Academy, ingħaqad ma’ Finn Harps fl-Irlanda.

Ekonomija

Sport