Sunday, January 5, 2025

Sentenza sospiża wara li serqet minn stabbiliment f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Tamar Elabkidze ta’ 32 sena mill-Ġeorġja, iżda residenti f’San Pawl il-Baħar, ingħatat sentenza sospiża wara li ammettiet li serqet ħwejjeġ, żraben u basket minn stabbiliment f’Tas-Sliema. 

Il-każ seħħ nhar is-26 ta’ Diċembru li għadda, għall-ħabta ta’ bejn is-6.00 p.m. u t-8.00 p.m. fi Triq ix-Xatt, kantuniera ma’ Triq it-Torri. 

Għall-finijiet ta’ piena, il-Qorti kkunsidrat in-natura tar-reat dedott fil-konfront tal-imputat, liema reat, għad li l-ammont mhux eżorbotanti, żgur li ma jistax jitqies bħala li huwa trivjali. 

Ikkunsidrat ukoll li l-imputata għandha fedina penali netta u li hija rreġistrat ammissjoni fi stadju bikri tal-proċeduri. 

Kien għal dawn ir-raġunijiet li l-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, sabitha ħatja tal-akkużi u kkundannatha għal sena priġunerija sospiżi għal sentejn. 

Il-Qorti ordnatilha wkoll sabiex tħallas lill-vittmi f’dawn il-proċeduri s-somma ta’ €340.43ċ. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport