Saturday, December 21, 2024

Sentenza ta’ mewt għal raġel li qabbad nar apposta fi studio tal-anime

Attakk li kkawża l-mewt “bi tbatija indeskrivibbli” ta’ 36 persuna…

Aqra wkoll

Qorti fil-Ġappun tat sentenza għal mewt lil raġel li nstab ħati li qatel 36 persuna meta fl-2019 kien qabbad nar apposta fi studio tal-anime fi Kyoto. Il-qorti qalet li sabet lil Shinji Oba, raġel ta’ 45 sena, metalment kapaċi li jiffaċċja l-akkużi ta’ qtil, li qabbad nar apposta fimkien ma’ atti kriminali oħra minn attakk li kien wettaq fi studio nhar it-18 ta’ Lulju. Dan l-attakk kien ixxokkja lill-Ġappun u lill-bqija tad-dinja.

Il-prosekuzzjoni qalet li Aoba kien irrabjat lejn l-amministrazzjoni tal-istudio fejn kien allega li serqulu l-ideat tiegħu. Il-qorti min-naħa tagħha ma sabet ebda prova li tissustanzja l-allegazzjonijiet ta’ Aoba fil-konfront tal-imsemmi studio.

L-istazzjon nazzjonali “NHK” ikkwota lill-imħallef Keisuke Masuda jgħid li, “l-attakk, li f’leħħa ġab l-istudio f’infern u ħa l-ħajjja ta’ 36 persuna, ikkawżalhom tbatija indeskrivibbli”. 

Persuni li salvaw minn dan l-attakk qalu li Aoba kien daħal fl-istudio bil-forza u beda jxerred il-petrol mal-art. Huma ddeskrivew kif l-agressur imbagħad ta n-nar u beda jgħajjat “aqgħu u mutu”. 

Għall-industrija tal-anime dan l-attakk kien wieħed kiefer u ta’ telfa kbira fost talenti żgħażagħ. Fil-jum li fih ingħata n-nar il-bini għoli ta’ tliet sulari, huwa rrapportat li kien hemm madwar 70 persuna jaħdmu fih. Ħafna mill-vittmi jingħad li mietu kawża ta’ avvalenament mid-dħaħen kbar li belgħu l-uffiċini. Aktar minn 30 persuna sofrew ġrieħi serji.

Wieħed mill-persuni li rnexxielhom isalvaw qal li fl-attakk, kulma seta’ jara kienet sħaba kbira sewda tiela’ minn isfel. Wara huwa ħass sħana kbira u qabeż mit-tieqa fejn seta’ jieħu nifs.

Ekonomija

Sport