Monday, November 4, 2024

Sepp Blatter jgħid li kien żball li l-Qatar ingħata l-inkarigu tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

L-eks president tal-FIFA,  Sepp Blatter, sostna li kien ‘żball’ li t-Tazza tad-Dinja ingħatat lill-Qatar minħabba li huwa pajjiż żgħir wisq biex jospita manifestazzjoni ta’ dan il-kobor. 

Il-finali kienet ingħatat lil Qater, fl-2010, fejn intlaqgħet b’kontroversja kbira wara allegazzjonijiet li l-pajjiż kien ħallas sabiex jassigura d-dritt li jospita t-tournament – ​​filwaqt li d-data tal-bidu nbidlet għax-xitwa biex jiġi evitat li l-players jikkompetu f’temperaturi sħan.

Il-pajjiż ospitu kien ġie taħt attakk minħabba r-rekord ħażin tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiż u l-liġijiet tiegħu kontra l-LGBTQ, b’ħafna nazzjonijiet qed jippjanaw li jagħmlu l-pożizzjoni tagħhom kontra d-diskriminazzjoni meta jaslu l-Qatar, aktar tard f’dan ix-xahar.

Blatter – li kien responsabbli mit-tmexxija tal-FIFA mill-1998 sal-2015 qabel ma ġie sospiż mill-football għal sitt snin minħabba skandlu ta’ korruzzjoni – ta l-ewwel intervista tiegħu mindu ġie liberat minn kull akkuża, f’Lulju li għadda. 

Qal li kien żball li l-Qatar ingħata l-unur li jospita minħabba d-daqs tiegħu u sostna li l-Istati Uniti kienu l-aktar favoriti biex jospitaw din l-edizzjoni qabel ma ngħataw il-finali fl-2026. 

“L-għażla tal-Qatar kienet żball,” qal Blatter.

“Dak iż-żmien, fil-fatt qbilna fil-Kumitat Eżekuttiv li r-Rus­sja kellha tikseb it-Tazza tad-Dinja tal-2018 u l-Istati Uniti dik tal-2022. 

Kien ikun ġest ta’ paċi li kieku ż-żewġ avversarji politiċi ospitaw it-Tazza tad-Dinja … wieħed wara l-ieħor. 

Sport