Tuesday, May 14, 2024

Inter f’Malta bejn il-5 u d-9 ta’ Diċembru li ġej

Aqra wkoll

Inter se jkunu f’Malta bejn il-5 u d-9 ta’ Diċembru li ġej.

Huma se jkunu f’Malta bil-players li mhux se jkunu parti mit-Tazza tad-Dinja fosthom dawk Taljani hekk kif l-Italja naqset li tikkwalifika. Iżda neqsin mill-iskwadra se jkun hemm bosta players fosthom l-Arġentini Lautaro Martinez u Joaquin Correa u l-Belġjan Romelu Lukaku li se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżhom fil-Qatar.

In-Nerazzurri mistennija jilagħbu partita kontra Hamrun Spartans u possibiltá ta’ partita oħra kontra team barrani li mistenni jkun f’pajjiżna.

Iż-żjara ta’ Inter f’Malta setgħet isseħħ bil-kortesija ta’ VisitMalta.

Sport