Wednesday, July 24, 2024

Serge Gnabry iweġġa’ għal Bayern Munich

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Bayern Munich Serge Gnabry li sab ix-xibka għat-tim tiegħu fil-logħba mill-UEFA Champions League kontra Arsenal weġġa’ rkupptejh u kellu joħroġ mill-grawnd qabel sħabu.

Dan il-plejer Ġermaniż ta’ 28 sena jidher li se jdum barra minn tal-inqas xahar bil-kowċ Thomas Tuchel li deher ferm inkwetat fil-konferenza stampa ta’ wara l-partita.

Matul dan l-istaġun, Gnabry lagħab biss disa’ partiti u skorja disa’ gowls. Hu ilu magħhom sa mis-sena 2017.

Ekonomija

Sport