Il-kowċ ta’ Porto Sergio Conceicao ġie mixli li attakka referee, is-sindku ta’ Cartaya u żewġ uffiċjali tal-pulizija waqt tournament taż-żgħażagħ li kien għaddej fi Spanja.
Kien kollox sew meta kienet qed tintlagħab il-Ganaforte Cup u kienu qed jilagħbu kontra xulxin Porto u Seville. Jidher li f’ħin minnhom ir-referee ħa deċiżjoni kontra Porto u dan ġab rabja kbira f’Conceicao.
Fi tmiem il-partita, Conceicao kien ferm nervuż tant li ħebb għar-referee u x’ħin mar is-sindku biex iferrraqhom dan spiċċa qala’ daqqa fuq wiċċu, l-istess kif ġralhom iż-żewġ uffiċjali tal-pulizija.
Wieħed irid jara x’se tkun id-dixxiplina li se jkun qed jaffaċċja Conceincao wara dan l-inċident.