Como kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fil-kompetizzjonijiet kollha meta għelbu lil Torino 3-1 wara rimonta fit-tieni taqsima bil-goals kollha jiġu skorjati fl-aħħar tmien minuti.
Kien fl-24 minuta li Torino marru fil-vantaġġ permezz ta’ Che Adams wara żball difensiv ta’ Jacobo Ramon. Como ppruvaw jagħmlu reazzjoni, iżda sabu lil Lucas Perri u l-mimduda ċaħħduhom milli jiksbu d-draw.
Min-naħa l-oħra, il-goalkeeper Robert Sanchez wettaq saves importanti biex żamm lil Como fil-logħba.
Como kisbu d-draw fit-82 minuta minn daqqa ta’ ras ta’ Ramon wara cross ta’ Nico Paz, b’dan tal-aħħar jixħet lit-team tiegħu fil-vantaġġ ħames minuti wara.
Imbagħad, Martin Baturina ssiġilla r-rebħa fil-ħin miżjud.
Din ir-rebħa minn Como temmew ukoll is-sensiela ta’ tliet rebħiet għal Torino.





