Wednesday, October 28, 2026
Home Sport Serie A: Roma ikomplu għaddejjin bis-sensiela pożittiva

Serie A: Roma ikomplu għaddejjin bis-sensiela pożittiva

0
55

Roma żammew ir-rekord tagħhom ta’ mingħarj telfa fis-Serie A b’rebħa ta’ 4-2 fuq Cagliari liema partita ntlagħbet fi Stadio Olmpico.

Wara li M’Bala Nzola (10) fetaħ l-iskor għal Cagliari minn penalty, Emanuele Lulli (15) kiseb id-draw u Niccolo Pisilli (21) poġġa lil Roma fil-vantaġġ. 

Cagliari baqgħu jissieltu u fil-81 minuta Daniel Maldini għamel l-iskor indaqs. Madankollu, Rodrigo Mora reġa’ ta l-vantaġġ lil Roma b’daqqa ta’ ras fil-85 minuta, qabel ma Donyell Malen issiġilla r-rebħa żewġ minuti wara. 

B’dan ir-riżultat, Roma telgħu fit-tielet post u naqqsu d-distakk mar-rivali Lazio għal erba’ punti, filwaqt li Cagliari sofrew it-tielet telfa konsekuttiva tagħhom fil-kampjonat u baqgħu f’nofs il-klassifika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here