Saturday, May 18, 2024

Serie A: Debutt tal-ħolm għal Christian Pulisic ma’ Milan

Aqra wkoll

Christian Pulisic kellu d-debutt tal-ħolm ma’ Milan meta fl-ewwel partita tas-Serie, huwa skorja fir-rebħa ta’ 2-0 għand Bologna. 

Iżda dawn tal-aħħar kienu sfortunati li ġew imċaħħda darbtejn mil-lasta. 

Wara biss 20 sekonda, it-tentattiv ta’ Charalampos Lykogiannis ħabat mal-mimduda .

Iżda fil-11-il minuta, ir-Rossoneri fetħu l-iskor meta l-clearance ta’ Tijjani Reijnders waslet għand Olivier Giroud li kien pront xeħet fix-xibka.   

Fil-21 minuta huma rduppjaw meta Giroud għadda lejn Christian Pulisic li venven kanunata li spiċċat fix-xibka.

Imbagħad f’nofs it-tieni taqsima, Riccardo Orsilini kien għoddu naqqas il-marġni tal-iskor minn pożizzjoni angolata iżda x-xutt tiegħu ġie miżmum mill-mimduda. 

Sport