Sunday, December 1, 2024

Serie A: Fiorentina v Inter sospiża minħabba attakk ta’ qalb lil Bove

Aqra wkoll

Il-partita tas-Serie A bejn Fiorentina u Inter ġiet sospiża wara li l-midfielder ta’ Fiorentina, Edoardo Bove,  fis-17-il minuta, deher jaqa’ mal-art f’nofs il-ground kawża ta’ attakk f’qalbu.

F’dak il-mument inqala’ paniku fejn mill-ewwel ingħata l-attenzjoni medika u ttieħed b’urġenza l-isptar Careggi li jinsab qrib ħanfa ta’ li Stadio Artemio Franchi.

Il-players taż-żewġ timi­jiet dehru diżorjentati u emozzjonati b’dak kollu li kien qed jiġri quddiemhom.

Sa dak il-ħin l-iskor kien għadu ma nfetaħx.

Il-Lega tas-Serie ħabbret li l-partita tintlagħab f’ġurnata oħra li titħabbar fil-jiem li ġejjin u tissokta mis-17-il minuta. 

Udinese v Genoa – Genoa kisbu rebħa mill-aktar importanti meta marru għand Udinese u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0.

B’din ir-rebħa huma nqalgħu miż-żona l-ħamra filwaq li b’din it-telfa, il-Friulani ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw biex jiksbu post f’xi kopetizzjoni Ewropea.

Iż-żewġ goals ta’ Genoa waslu wieħed f’kull taqsima minn Andrea Pinamonti (13) u minn auto-goal ta’ Lautaro Giannetti (68).

Iżda wieħed irid jgħid ukoll li Udinese lagħbu l-partita kollha bi player inqas meta fir-raba’ minuta tkeċċa Isaak Toure għal karta ħamra diretta.

Parma v Lazio – F’darhom, Parma ssorprendew lil Lazio u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 biex dawn tal-aħħar ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.

Il-goals ta’ Parma ġew skorjati minn Dennis Man (6), Mohamed Anas Haj (53) u Enrico Del Prato (91) filwaqt li Valentin Castellanos (80) naqqas il-marġni tal-iskor għall-viżitaturi.

Torino v Napoli – Il-leaders Napoli marru għand Torino u kellhom jitħabtu biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 biex baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika.

Il-goal importanti wasal fil-31 minuta minn Scott McTominay.

Bologna v Venezia – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, Bologna kisbu rebħa tajba meta għelbu lil Venezia bl-iskor ta’ 3-0, b’goals minn Dan Ndoye (21 pen, 71) u Riccardo Orsolini (69 pen).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport