Monday, September 28, 2026
Home Sport Tfajla ta’ 11-il sena ssir l-iżgħar Woman Grandmaster taċ-chess

Tfajla ta’ 11-il sena ssir l-iżgħar Woman Grandmaster taċ-chess

0
55

Bodhana Sivanandan, tfajla ta’ 11-il sena minn Londra, saret l-iżgħar player taċ-chess fl-istorja li kisbet it-titlu ta’ Woman Grandmaster (WGM). 

Hi kisbet it-tielet u l-aħħar norm meħtieġa waqt li kienet qed tirrappreżenta lill-Ingilterra fis-46 Olimpjadi taċ-chess f’Samarkand, l-Uzbekhistan. 

Fuq l-ewwel bord tat-tim Ingliż, Sivanandan ġabret tmien punti minn 11-il logħba, u b’hekk għaddiet ir-rekord preċedenti ta’ Kateryna Lagno, li kienet kisbet it-titlu fl-età ta’ 12-il sena.

Sivanandan bdiet tilgħab iċ-chess waqt ir-restrizzjonijiet tal-pandemija, wara li sabet bord qadim fid-dar tagħha. Hija tgħallmet waħedha permezz ta’ tutorials fuq YouTube u malajr bdiet tegħleb lil missierha. 

Fl-2022 rebħet 24 logħba konsekuttiva fil-Kampjonat Ewropew tal-Iskejjel. Din is-sena saret ukoll l-iżgħar rebbieħa tal-Kampjonat Brittaniku tan-Nisa. 

Issa għandha l-għan li ssir Grandmaster.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here