It-Tim Nazzjonali Malti tal-Kickboxing ħa sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-WMAC, li saru bejn it-18 u l-20 ta’ Settembru f’Dornbirn, fl-Awstrija. Il-Kampjonati, immexxija mill-President tal-WMAC Harald Folladori, kienu edizzjoni rekord, b’madwar 3,500 atleta rreġistrat.
It-Team Malti kien magħmul mill-Coaches Alan Borg u Wayne Camilleri, flimkien mal-atleti Jake Simpson, Kaylen Naudi , Liam Vella Cappello, Reinaldo Dijeri u Ella Zarb.
Jake Simps u Kaylen kisbu t-tieni post fil-kategoriji rispettivi tagħhom, filwaqt li Liam Vella Cappello u Reinaldo Dijeri taw prestazzjoni b’saħħitha kontra tim Awstrijak. Reinaldo kif ukoll Liam uwrew wkoll livell tajjeb ta’ teknika, b’mod partikolari fil-kicks, filwaqt li hammer li spirtu ta’ fair play. Ella Zarb ukoll tat wirja pożittiva kontra l-atleta Ġermaniża Jenny Wurster, li għandha karriera twila fil-Kickboxing.
Għat-Team Malti, is-suċċess fil-kompetizzjoni mhux biss jitkejjel bil-midalji, iżda wkoll bil-kuraġġ, id-dedikazzjoni, id-dixxiplina u l-progress li juru l-atleti wara xhur ta’ taħriġ. Il-Coaches Alan Borg u Wayne Camilleri esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-impenn u l-prestazzjonijiet tal-fighters kollha.
Din kienet it-tieni kompetizzjoni internazzjonali barra minn xtutna għat-Team Malti f’perjodu ta’ ħames xhur fejn nirringrazzjaw ukoll lill~ Kit Manager is Sur Desmond Desira.
It-Team Malti jirringrazzja lil SportMalta u VisitMalta għall-appoġġ u l-kontribut tagħhom lejn il-parteċipazzjoni internazzjonali tat-Team.
Din is-sena hija waħda speċjali wkoll għall-Wu Shu Ky Kickboxing Club, immexxi minn Coach Alan Borg, hekk kif il-klabb qed jiċċelebra għaxar snin minn meta Alan Borg ħa t-tmexxija tal-klabb mingħand Master Silvio Camilleri.
Ftit tal-jiem ilu, it-Team Nazzjonali Malti kellu wkoll l-unur li jkun mistieden ġewwa Kastilja mill-Prim Ministru, bħala rikonoxximent għall-ħidma u l-parteċipazzjoni tiegħu fix-xena sportiva internazzjonali.
F’Ottubru, il-Wu Shu Ky Kickboxing Club se jerġa’ jilqa’ membri ġodda, inklużi tfal minn seba’ snin ’il fuq u adulti ta’ kull età. Dawk interessati jistgħu jikkuntattjaw lill-klabb permezz tal-paġna ” Wu Shu Ky Malta ” fuq Facebook jew lil wieħed mill-Coaches kwalifikati tal-klabb.




