Monday, September 28, 2026
Home Sport Senglea Gunners jirbħu t-Twanny Agius Fair Play Trophy

Senglea Gunners jirbħu t-Twanny Agius Fair Play Trophy

0
43

Senglea Gunners kisbu t-tieni unur tal-istaġun fil-MAFA meta rebħu t-Twanny Agius Fair Play Trophy wara li għelbu lil Naxxar Victorians 1-0.

Nehemiah Perry skorja dak li kellu jkun l-uniku gowl tal-partita li kienet waħda kumbattuta b’Senglea Gunners jiddominaw il-pussess u Naxxar Victorians li kienu ferm dixxiplinati u fejn bdew itellgħu diversi kontrattakki li pero’ ma wasslux għall-gowl tad-dro.

Dan kien it-tieni trofew li rebħu t-tim mill-Kottonera wara li aktar qabel huma kisbu suċċess fil-Joe Compagno Cup hekk kif għelbu lil Marsa St Michael 2-0.

Fi tmiem il-konfront, il-membri tal-familja Agius fil-preżenza tal-ogħla uffiċjali tal-MAFA ippreżentaw it-trofej u l-midalji bil-qofol jintlaħaq mal-preżentazzjoni tat-tazza lill-captain ta’ Senglea Gunners Lamin Ceesay.

Senglea Gunners: Jurgen Cilia, Isaac Kwesi Dankwah, Mouhamadou Toure, Lamin Fatajo, Modou Lamin Ceesay (C), Ali Oularbi, Diego Agius, Nehemiah Perry, Seedy P. Fofana, Jose David Diaz Urango, Mauro Bonnici.

Naxxar Victorians: K. Pace, C. Cutajar, J. Azzopardi, D. Agius (C), O. Agius, Y. Mohammed, J. Cutajar, A. Camilleri, P. Paris, K. Zammit, A. Nyamekye Omar Adoru.

Referee: Ray Tabone.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here