Monday, September 28, 2026
Home Sport Tim Cleasby u Maria Camilleri Sandu l-captains il-ġodda tar-Royal Malta Golf Club

Tim Cleasby u Maria Camilleri Sandu l-captains il-ġodda tar-Royal Malta Golf Club

0
67

Ir-Royal Malta Golf Club organizza ċ-ċerimonja tradizzjonali tal-Captains’ Drive-In, li matulha Tim Cleasby u Maria Camilleri Sandu bdew uffiċjalment il-kariga tagħhom bħala Club Captain u Lady Captain rispettivament għall-istaġun 2026/27.

Fil-preżenza tal-membri, familjari u ħbieb, iż-żewġ captains wettqu l-ewwel drives tagħhom biex jimmarkaw il-bidu tal-ħidma tagħhom.

Iċ-ċerimonja saret wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali, li matulha ċ-Chairman Paul Stoner ippreżenta l-viżjoni tal-klabb għall-ħames snin li ġejjin, fosthom titjib fil-clubhouse, investiment f’makkinarju modern u aktar żvilupp tal-korsa.

Matul il-laqgħa, Susan Wibrew, Andrea Hamilton Hill u Kim Borg ingħataw rikonoxximent bħala membri onorarji għall-kontribut tagħhom lill-klabb.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here