Inter fetħu d-difiża tat-titlu tagħhom tas-Serie A bl-aqwa mod, hekk kif għelbu lil Monza 4-1 f’San Siro fl-ewwel partita li fetħet l-istaġun 2026-27.
Wara li fetħu l-iskor kmien fil-partita, Monza kisbu d-draw biex daħlu jistrieħu f’paritá.
Iżda b’wirja dominanti Inter warrbu għal kollox l-isfida tal-viżitaturi biex meritatament ħarġu rebbieħa bi stil.
Kien Hakan Calhanoglu (6) li fetaħ l-iskor għal Inter iżda kontra x-xejra tal-logħob Monza kisbu d-draw permezz ta’ Gustavo Varela (29).
U jekk forsi Monza taw l-impressjoni li kienu se jħabbtu lil Inter, fit-tieni taqsima dawn tal-aħħar kellhom ideat oħra minħabba li skorjaw tliet darbiet mingħajr risposta minn Piotr Zielinski (48), Pio Esposito (55) u Yann Bisseck (63).
Udinese v Como – Udinese u Como spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
Hassane Kamara (29) fetaħ l-iskor għall-Friulani iżda Anastasios Douvikas (54) kiseb id-draw għall-viżitaturi.




