Saturday, December 21, 2024

Serie A: Inter jistgħu jaqbżu fil-quċċata

Aqra wkoll

Fdawn it-tliet se ijiem tin­tlagħab it-12-il ġurnata tas-Serie A bl-attenjoni priniċipali tkun mixħuta fuq San Siro hekk kif Inter, li jinsabu fit-tieni pożizzjoni, jilqgħu lil-leaders Napoli b’dawn tal-aħħar qed igawdu vantaġġ ta’ punt wieħed.

 Inter v Napoli – Iċ-champions Inter jospitaw lil Napoli f’dik li hija l-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa. 

Dan huwa konfront dirett li huwa meqjus bħala wieħed bilanċjat u miftuħ għal kull riżultat. 

Għal Napoli xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom hekk kif ġejjin minn telfa f’darhom bl-iskor ta’ 3-0 kontra Atalanta. 

Rebħa għal Inter tarahom jaqbżu waħedhom fil- quċċata tal-klassifika. 

In-Nerazzurri jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 fuq Arsenal liema partita kienet vali­da mill-Fażi tal-Kampjo­nat tal-UEFA Champions Lea­gue. 

Inter ma jistgħux jinkludu lil Kristijan Aslani u Carlos Augusto għax qed jirkupraw minn injury filwaqt li Napoli għandhom lil Sta­nislav Lobotka mhux dis­ponibbli.

Juventus v Torino – Juventus jospitaw lir-rivali eter­­ni, Torino, fid-Derby del­le Mole  

Juventus, li jinsabu fis-sitt post, jibdew bħala favoriti kontra l-Granata li jinsabu fl-10 pożizzjoni. 

Il-Bianconeri ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 għand Udinese filwaqt li Torino ġejjin minn telfa f’darhom ta’ 1-0 kontra  Fiorentina.

Dawn iż-żewġ timijiet lagħbu 158 partita bejniet­hom fejn il-Bianconeri rebħu 77, il-Granata rebħu 35 filwaqt li spiċċaw fi draw għal 46 darba. 

Juventus se jkollhom jgħaddu mingħajr Nico Gon­zalez, Bremer u Arka­diusz Milik filwaqt li Torino għandhom barra lil Che Adams, Duvan Zapata u Perr Schurrs … kollha mweġ­ġgħin.

Cagliari v Milan  – AC Milan imorru fil-gżira ta’ Sardinja biex jaffrontaw lil Cagliari. 

It-team immexxi minn Paulo Fonseca għadu ġej minn rebħa ta’ 3-1 kontra ċ-champions Ewropej, Real Madrid, valida mill-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League u għal­daqstant għandhom mo­ral għoli. 

Iżda Cagliari jinsabu fil-bżonn tal-punti u l-fatt li se jilagħbu f’darhom jibdew b’vantaġġ psikoloġiku. 

Milan għandhom barra lil Matteo Gabbia, Ismael Bennacer u Alessandro Flo­renzi filwaqt li Cagliari ma jistgħux jinkludu lis-sospiżi Michel Adopo u Yerry Mina.

Ekonomija

Sport