Saturday, November 16, 2024

Serie A: Inter sorpriżi f’darhom minn Empoli

Aqra wkoll

L-attakkant Tommaso Baldanzi kien l-eroj ta’ Empoli li rreġistraw rebħa storika ta’ 1-0 fuq Inter f’San Siro hekk kif dawn tal-aħħar ħallsu l-prezz għall-karta ħamra ta’ Milan Skriniar li setgħet ġiet evitata. 

Qabel dan ir-riżultat, Empoli kienu tilfu 13 mill-14-il żjara preċedenti tagħhom fis-Serie A, rebħu 1-0 f’Jannar 2004 ma’ Tommaso Rocchi … meta għal darb’oħra t-team ospitu spiċċa jilgħab bi player inqas. 

Qabel il-partita, in-Nerazzurri ppreżentaw is-Super Cup Taljana lil dawk kollha preżenti wara li nhar l-Erbgħa għelbu lil Milan 3-0 f’Riyadh biex rebħuha darbtejn konsekuttiva. 

Kienu Empoli li ħarġu aggressivi u minkejja li heddew il-lasti avversarji ma setgħux jiżblukkaw ir-riżultat. 

U meta Inter bdew jidħlu fil-logħba, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta Milan Skriniar intwera t-tieni karta safra  meta għolla siequ żżejjed u laqat ras Francesco Caputo li kien l-aqwa player ta’ Empoli.  

Fis-66 minuta, il-viżitaturi fetħu l-iskor meta Tommaso Baldanzi venven kanunata li għaddiet minn taħt il-goalkeeper, Andre Onana.

Fis-77 minuta, Inter resqu viċin li jiksbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner id-daqqa ta’ ras ta’ Stefan de Vrij stampat mal-mimduda.  

Ekonomija

Sport