Tuesday, April 30, 2024

Lionel Messi se jmur jilgħab fil-Kampjonat Sawdi?

Aqra wkoll

Rapporti fi Franza qed isostnu li l-attakkant internazzjonali Arġentin, Lionel Messi,  m’għandu l-ebda intenzjoni li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Paris Saint-Germain, hekk kif jintemlu fit-30 ta’ Ġunju li ġej. 

Dan ifisser li dawn huma l-aħħar xhur ta’ Messi li jibqa’ jilgħab bil-flokk tal-Pariġini. Kollox kien qed jindika li l-player ta’ 35 sena kien se jġedded il-kuntratt tiegħu iżda issa jidher li huwa għandu destinazzjoni oħra f’moħħu. 

Din is-sitwazzjoni hija kemmxejn stramba hekk kif il-club Franċiż kien qed iħejji kuntratt mill-aktar attraenti iżda fil-veritá għad m’hemm xejn konfermat. 

Rapporti oħrajn qed isostnu li Messi jista’ jmur jilgħab fil-Kampjonat tal-Arabja Sawdija fejn hemm Cristiano Ronaldo li ngħata pakkett finanzjarju ta’ €400 miljun. 

Messi rebaħ kull unur li joffri l-football kemm fuq dak internazzjonali, dak tal-clubs u dak personali … bl-aħħar wieħed ikun ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja.   

Għaldaqstant ma tkun l-ebda sorpriża li huwa jingħaqad mar-rival tiegħu u jmur jilgħab fil-Kampjonat Sawdi. 

Nistennew u naraw.

Sport