Wednesday, April 24, 2024

Harry Kane jilħaq ir-rekord ta’ Jimmy Greaves fir-rebħa ta’ Tottenham fuq Fulham

Aqra wkoll

Harry Kane laħaq ir-rekord ta’ Jimmy Greaves bħala l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Tottenham meta skorja l-266 goal personali għall-club. 

L-attakkant internazzjonali Ingliż ta’ 29 sena laħaq dan ir-rekord meta skorja l-uniku goal fir-rebħa ta’ 1-0 ta’ Spurs kontra Fulham fi Craven Cottage. Dan il-goal kien ukoll il-199 wieħed tiegħu fit-300 partita fil-Premier League. 

Greaves, li beda l-karriera tiegħu ma’ Chelsea, skorja 266 gowa fi 379 logħba għal Tottenham bejn l-1961 u l-1970.

Kane, li għamel id-debutt tiegħu fl-Spurs fl-2011, lagħab 415-il darba mal-club minn Londra.

Fulham kienu l-aħjar team matul l-ewwel taqsima iżda kien it-team immexxi mill-caoch Antonio Conte li fetaħ l-iskor fil-ħin miżjud b’konklużjoni tipikament klinika ta’ Kane.

Huwa rċieva l-ballun b’dahru lejn il-lasti avversarji iżda sab l-ispazju neċessarju biex venven xutt li għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Bernd Leno. 

Kane huwa t-tielet l-aqwa skorer minn meta beda l-Premier League fl-1992 – wara Alan Shearer, b’260, u Wayne Rooney, b’208.

Huwa skorja 18-il goal f’29 logħba għal Spurs f’dan l-istaġun … 12 aktar mill-eqreb sfidant Son Heung-min.

Sport