Saturday, April 12, 2025

Serie A: Inter u Napoli jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Meta qed tintlagħab it-32 ġurnata tas-Serie A, iż-żewġ timijiet li qed jokkupaw l-ewwel żewġ postijiet, Inter u Napoli, jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda, huwa sfaw miżmuma minn Parma u Bologna rispettivament. 

Inter v Cagliari – Il-leaders Inter jospitaw lil Ca­gliari hekk kif rebħa hija prioritá wara li ġejjin minn draw ta’ 2-2 għand Parma wara li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals. 

Il-pressjoni tinsab kol­lha fuq in-Nerazzurri hekk kif qed jiġru wara t-Treble – il-UEFA Champions League, l-Iscudetto u l-Coppa Italia. 

Huma jinżlu b’moral għoli hekk kif fl-ewwel leg tal-kwarti-finali taċ-Cham­pioins League għelbu lil Bayern Munich barra minn darhom bl-iskor ta’ 2-1.   

Min-naħa ta’ Cagliari, dawn jinsabu fil-15-il post tal-klassifika bi 30 punt … sitt punti fuq iż-żona tar-rele­gazzjoni u għaldaqstnt jinsabu fil-bżonn tal-punti.

Inter għandhom barra lil Nicolo Barella, Tajon Buchanan, Alessandro Bastoni, Piotr Zielinski, Denzel Dumfries, Mehdi Taremi, Filip Stankovic, Valentin Carboni, Zinho Vanheusden u Martin Satriano … filwaqt li Cagliari għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni. 

Napoli v Empoli – Jekk Napoli jridu jżommu l-pass mal-leaders, xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l- kriteriji tagħhom hekk kif fadal seba’ partiti għat-  tmiem. 

M’hemm l-ebda lok għal xi żelqa għax ikun ifisser li jkunu qed iċedu t-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu. 

Huma ġejjin minn draw ta’ 1-1 għand Bologna li fil- veritá kienet partita diffiċli kontra team li qed jissielet biex jikkwalifika għall- UEFA Champions League. 

Din id-darba se jilagħbu kontra team li huwa fil-bżonn tal-punti minħabba li jinsab fiż-żona l-ħamra.

Napoli ma jistgħux juti­lizzaw lil Jesper Lind­stroem, Nikita Contini, Leo­nardo Spinazzola u Scott McTominay, minħabba li kollha jinsabu mweġġgħin.

Juventus v Lecce – F’darhom Juventus jilagħbu kontra Lecce li jinsabu fil- periklu tar-relegazzjoni u għaldaqstant il-Bianco­neri jridu juru rispett massimu lill-avversarji li, min-naħa tagħhom, jimmiraw għal xi sorpriża. 

F’dan l-istadju, il-Juventini ma jistgħux jwaqqgħu l-punti biex jibqgħu fl-isfida għal post fiċ-Cham­pions League. 

Huma għandhom bosta players li qed jirkupraw minn injury … fosthom Arkadiusz Milik, Federico Gatti, Juan Cabal u Gleison Bremer filwaqt li Lecce ma jistgħux jinkludu lil Youssef Maleh, Filip Mar­chinski u Joan Gonzalez.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport