Tuesday, May 14, 2024

Serie A: Juventus jaqsmu sitt goals ma’ Atalanta

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, f’darhom Juventus ġew miżmuma fi draw ta’ 3-3 minn Atalanta f’partita klassifika. 

Kienu l-Bergamaschi li fetħu l-iskor minn xutt angolat ta’ Ademola Lookman wara biss ħames minuti. Tliet minuti wara Juventus ġew imċaħħda minn dak li deher penalty ċar meta Arkadiusz Milik lietterlament ġie mwaqqa’ minn Luis Palomino fil-kaxxa iżda kien kollox normali għar-referee. 

Madankollu, fil-25 minunta huma ngħataw penalty meta Ederson ikkommetta foul fuq Nicolò Fagioli biex Angel Di Maria xeħet lill-goalkeeper Juan Musso fuq in-naħa l-ħażina.

Il-Bianconeri daħlu jistrieħu fil-vantaġġ grazzi għal volley ta’ Arkadiusz Milik minn 12-il metru bogħod. 

Peró, appena għaddiet minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Atalanta kisbu d-draw minn Joakim Maehle wara żball ta’ Danilo. U seba’ minuti wara reġa’ kien Ademola Lookman li xeħet lill-Bergamaschi fil-vantaġġ permezz ta’ daqqa ta’ ras. 

Iżda Danilo patta għall-iżball li kkommetta meta fil-65 minuta huwa kiseb id-draw għal Juventus b’xutt lejn ir-rokna tax-xibka.

Ta’ min isemmi li Juvenuts tnaqqsulhom 15-il punt wara irregolaritajiet fis-suq tat-trasferimenti biex jinsabu fl-10 post bi 23 punt. 

Sport