Tuesday, December 24, 2024

Serie A: Juventus v Milan fl-aqwa partita

Aqra wkoll

Wara li nhar it-Tnejn, Inter ġew dikjarati champions wara li għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 2-1, meta fadal ħames partiti għat-tmiem, issa l-attenzjoni ddur fuq it-tliet postijiet ta’ wara biex ikunu magħrufa t-timijiet li staġun ieħor se  jilagħbu fil-UEFA Champions League. 

Fil-veritá Milan iridu żewġ punti biex jaċċertaw minn post fil-UEFA Champions League. 

Illum huma se jmorru għand Juventus li jinsabu fit-tielet post ħames punti taħt l-istess Rossoneri. 

Wara r-rebħa ta’ 3-1 fuq Roma, issa Bologna jinsabu fir-raba’ post, b’vantaġġ ta’ erba’ punti fuq l-istess Roma li jinsabu fil-ħames post. 

Juventus v Milan – Juventus jospitaw lil Milan fejn xejn għajr minn rebħa ma tħallihom ikomplu jisfidaw għat-tieni post. 

Huma bħalissa jinsabu ħames punti taħt l-istess u rebħa tressaqhom żewġ punti taħt ir-Rossoneri. Peró jekk dawn tal-aħħar jo­ħor­ġu bit-tliet punti, jassi­gu­raw posthom fl-aqwa kompetizzjoni Ewropea u jkunu qrib li jissiġillaw it-tieni post. 

Aktar minn hekk, l-istess Milan ġejjin minn telfa ta’ 2-1 kontra Inter u għalhekk jin­żlu għal dan il-konfront b’de­terminazzjoni kbira.  

Juventus għandhom lil Moise Kean imweġġa’ filwaqt li Milan ma jistgħux jagħmlu użu minn Antonio Mirante, Simon Kjaer, Pier­re Kalulu u Alex Jimenez li qed jirkupraw minn injury filwaqt  li Fikayo Tomori, Theo Hernandez u Alex Ji­menez huma sospiżi.

Inter v Torino – Friski mir-rebħ tal-kampjonat iċ- champions, Inter, jilq­għu f’darhom lil Torino li jinsabu xxamplati f’nofs il-klassifika. 

Dan il-konfront għandu jkun festa hekk kif in-Nerazzurri se jilagħbu fi sta­dium ippakkjat wara li saru champions għall-20 darba fl-istorja tal-club. 

L-uniku player assenti għal Inter huwa d-difensur, Denzel Dum­fries,  li huwa sospiż wara li tkeċċa fir-reb­ħa ta’ 2-1 fuq Milan.

Min-naħa tagħhom, il-Gra­nata ma jistgħux jinkludu lis-sospiż Karol Li­netty u lill-imweġġgħin   Piet­­ro Pellegri, Gvidas Gi­neitis, Koffi Djidji u Alex Nguessan.

Bologna v Udinese– It-team rivelazzjoni ta’ dan l-istaġun, Bologna, jilgħab f’daru kontra Udinese li jinsabu fil-bżonn tal-punti minħabba li qegħdin fuq iż-żona tar-relegazzjoni bl- istess ammont ta’ punti daqs Frosinone li jinsabu fiż-żona l-ħamra. 

Ir-Rossoblú jinżlu għal dan il-konfront b’moral mill-aktar għoli wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom, f’partita diretta għar-raba’ post huma ħasdu lil Roma, fl-  Olimpico, bl-iskor ta’ 3-1 u għalhekk jibdew favoriti netti li jieħdu t-tliet punti.

Filwaqt li jistgħu jiktbu l-istorja, fi tmiem l-istaġun huma jistgħu jitilfu s- servizzi tal-coach, Thiago Motta, minħabba li bosta clubs madwar l-Ewropa jinsabu interessati fis-ser­vizzi tiegħu.   

Ekonomija

Sport