Lautaro Martinez kien deċiziv għal Inter biex għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 1-0 biex saħħew ir-raba’ pożizzjoni tagħhom fis-Serie A.
Fatt interessanti huwa li din kienet il-31 partita konsekuttiva mingħajr telfa f’darhom ta’ Inter fuq Verona fl-istorja tal-Kampjonat Taljan … mit-3 ta’ Novemrbu, 1957, … li huwa rekord assolut.
In-Nerazzurri skorjaw l-uniku goal tal-partita wara biss tliet minuti hekk kif ix-xutt ta’ Roberto Gagliardini ġie mxellef lejn Martinez li kien pront u xeħet fir-rokna tax-xibka … biex dan kien l-ewwel goal personali tal-attakkant Arġentin kontra Verona.
Dan il-goal kmieni ġiegħel lil Inter biex jiddominaw minkejja li ma setgħux ikabbru l-iskor … minkejja li Martinez sab ix-xibka iżda ġie mħassar għal foul fuq Pawel Dawidowicz.
F’nofs it-tieni taqsima huma pprotestaw għal penalty meta t-tentattiv ta’ Henrikh Mkhitaryan ħabat ma’ id Isak Hien iżda l-VAR iġġudika li driegħu kien f’pożizzjoni naturali.