Lazio telgħu waħedhom fil-quċċata tas-Serie A wara r-rebħa ta’ 2-1 fuq Parma, li sofrew is-sitt telfa konsekuttiva barra minn darhom.
Lazio fetħu l-iskor fil-50 minuta permezz ta’ Kenneth Taylor, li skorja b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa. It-team ta’ Gennaro Gattuso rdoppja l-vantaġġ, fit-58 minuta, meta Diego Carlos dawwar fix-xibka tiegħu stess mill-cross perikoluż ta’ Nuno Tavares.
Parma naqqsu l-marġni tal-iskor fil-95 minuta, minn Simone Lontani b’tentattiv minn pożizzjoni angolata.




