Sunday, May 19, 2024

Serie A: Logħba diffiċli għal Inter għand Napoli

Aqra wkoll

Meta fadal tliet partiti biex jintemm il-Kampjonat Taljan, it-taq­tiegħa għall-ewwel er­ba’ postijiet daħlet f’fażi mill-aktar interessanti.  

Hekk kif Napoli ġew dik­jarati champions, issa fadal tliet postijiet biex jiġu deċiżi.

Napoli v Inter – Inter imorru għand Napoli li għadhom f’burdata festiva hekk kif qed jiċċelebraw ir-rebħ tal-Iscudetto wara nuqqas ta’ 33 sena. 

In-Nerazzurri jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli wara li kkwalifikaw għall-finali tal-UEFA Champions League li fiha se jiltaqgħu kontra Manchester City. 

Din hija partita li huma ma jistgħux ifallu minħabba li rebħa tpoġġihom fix-xifer li jassiguraw il-pożiz­zjoni tagħhom. 

Iżda huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin Henrikh Mkhitaryan u Milan Skri­niar filwaqt li Hirving Lozano u Mario Rui se jkunu neqsin għal Napoli minħabba l-istess raġuni. 

Empoli v Juventus – Juventus jibdew favoriti meta  barra minn darhom jaffrontaw lil Empoli li jinsabu fl-14-il post mingħajr il-pres­sjoni tar-relegazzjoni. 

Rebħa għall-Biancone­ri taċċertalhom posthom mal- ewwel erbgħa. Peró jkunu jridu jistennew id-deċiżjoni tal-UEFA jekk humiex se jitħallew jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewro­pej wara li nstabu ħatja ta’ rregolaritajiet finanzjarji. 

Il-coach, Massimiliano Allegri, ma jistax jagħmel użu mill-imweġġgħin Paul Pogba, Leonardo Bonucci, Mattia de Sciglio u Kaio Jorge u mis-sospiżi Juan Cuadrado u Danilo. 

Udinese v Lazio – Lazio jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ meta jmorru jilagħbu għand Udinese. 

Xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom hekk kif ġejjin minn telfa kontra Milan (2-0) u draw kontra Lecce (2-2). 

B’hekk huma tilfu ħames punti biex mit-tieni niżlu fir-raba’ post fejn jistgħu jintlaħqu minn Milan.  

Min-naħa ta’ Udinese, jinsabu xxamplati fin-nofs tal-klassifika u għaldaqstant jinżlu għal-logħob biex jo­noraw il-fixture iżda m’huma se jagħmlu l-ebda pjaċiri lill-avversarji tagħhom. 

Matias Vecino u Danilo Cataldi għal Lazio se jkunu neqsin minħabba li qed jirkupraw minn injury. 

Milan v Sampdoria – Milan jibdew favoriti meta jospitaw lil Sampdoria li diġá huma relegati. 

Wara d-diżappunt tal-eli­mi­nazzjoni mill-UEFA Champions League, it-tliet punti huma prijoritá għar- Rossoneri biex jibqgħu jittamaw li jtemmu mal-ew­wel erbgħa.

Sport