Sunday, December 22, 2024

Serie A: Milan ifallu vantaġġ ta’ żewġ goals kontra Roma

Aqra wkoll

Milan fallew żewġ punti importanti wara li fallew vantaġġ ta’ żewġ goals biex ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Roma. 

Roma ma ndirizzawx xutt fil-lasti avversarji sas-87 minuta, iżda xxokkjaw lill-avversarji b’żewġ goals lejn it-tmiem. 

Ir-Rossoneri fetħu l-iskor, fit-30 minuta, meta Pierre Kalulu kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Sandro Tonali … biex dan kien l-ewwel goal bir-ras għal Milan mindu Junior Messias għamel dan f’Diċembru 2021. 

Il-Milanisti baqgħu jiddominaw dan il-konfront fejn Roma rari resqu lejn il-lasti avversarji … u ma kienet l-ebda sorpriża li huma rduppjaw meta, fis-77 minuta, Olivier Giroud għadda lejn is-sostitut Tommaso Pobega li kien pront xeħet fix-xibka. 

U meta kollox deher li t-team immexxi minn Stefano Pioli kien se jieħu t-tliet punti, Roma ħasbuha mod ieħor għax fis-87 minuta huma naqqsu l-marġni tal-iskor  meta min azzjoni ta’ corner Roger Ibanez xeħet fix-xibka. 

U fit-93 minuta kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ free-kick, il-goalkeeper ta’ Milan, Ciprian Tatarusanu, ma żammx id-daqqa ta’ ras ta’ Nemanja Matic u mir-rebound Tammy Abraham xeħtet il-ballun fix-xibka … u lill-partitarji Giallorossi f’dellirju ta’ ferħ.

Ekonomija

Sport