Thursday, April 18, 2024

Benfica investigati fuq korruzzjoni u ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Il-club ta’ Benfica jinsab taħt investigaz­zjoni b’suspett ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

Skond rapporti fil-media Portugiża, din l-allegata korruzzjoni tinfirex fuq medda ta’ żmien bejn l-2016 u l-2020 fejn il-membri tal-kumitat eżekuttiv minn dak il-perjodu u wara huma allegatament involuti.

Dan ġie żvelta sena u nofs biss wara li l-president tal-club, Luis Filipe Vieira, ġie mġiegħel jirriżenja.

Vieira ġie arrestat fuq akkużi relatati ma’ evażjoni tat-taxxa, frodi aggravata, falsifikazzjoni u ħasil ta’ flus.

Il-leġġendarju tal-club, Rui Costa, li ġie elett fil-post tiegħu kellu jara li tirrenja t-trasparenza. 

Iżda skond rapporti, Costa huwa wkoll allegatament involut fl-investigazzjoni li ħarġet minn prosekuturi li aċċessaw bosta emails li fihom hemm evidenza biżżejjed biex dawn jitressqu quddiem il-qorti. 

Il-club ta’ Benfica ħareġ stqarrija li kienet tgħid: 

“Fil-każ li qed jiffaċċja l-club, jikkonferma li fit-3 ta’ Jannar, il-membri tal-bord tad-diretturi mill-2016 sal- 2020 u li bħalissa qegħdin fil-kariga, dehru quddiem il-qorti.

“Il-club mhux se jikkummenta  aktar peress li l-proċess huwa taħt segretezza legali.

“Il-club jesprmi wkoll ir-rieda totali  li jikkollabora mal-awtoritajiet kompetenti, kif dejjem ġara s’issa.”

Dan wara rapporti sensazzjonali lura fl-2018 li qalu li Benfica offrew prostituti lir-referees biex jingħataw “vantaġġ” waqt il-logħbiet tagħhom.  

Ekonomija

Sport