Thursday, April 18, 2024

La Liga: Barcelona jitilgħu waħedhom fl-ewwel post b’rebħa fuq Atletico Madrid

Aqra wkoll

Barcelona telgħu waħedhom fil-quċċata tal-Kampjonat Spanjol meta marru għand Atletico Madrid u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. 

Huma approfittaw miż-żelqa taċ-champions Real Madrid meta nhar is-Sibt sfaw megħluba minn Villarreal bl-iskor ta’ 2-1. 

Il-Katalani kienu mingħajr l-attakkant Pollakk, Robert Lewandowski, li beda sospensjoni ta’ tliet logħbiet, fejn il-coach Xavi għażel lil Ansu Fati fil-post tiegħu, iżda kien Dembele li għamel id-differenza hekk kif skorja l-uniku goal tal-partita meta, fit-22 minuta, ikkonkluda mill-pass ta’ Gavi.  

Iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta proprju fil-ħin miżjud tkeċċew Ferran Torres (Barcelona) u Stefan Savic (Atletico Madrid) wara battibekk bejniethom. 

B’din it-telfa, Atletico Madrid niżlu fil-ħames post … 14-il punt wara Barcelona.  

Ekonomija

Sport