Wednesday, March 27, 2024

FA Cup – Manchester City jumiljaw lil Chelsea

Aqra wkoll

Manchester City għaddew għar-raba’ round tal-FA Cup meta umiljaw lil Chelsea bl-iskor ta’ 4-0 filwaqt li s-sorpriża tal-ġurnata waslet mit-team ta’ League Two, Stevenage, meta barra minn darhom għelbu lil dak tal-Premier League, Aston Villa, bl-iskor ta’ 2-1.  

Man City v Chelsea – Fil-logħba tal-ġurnata, Manchester City ġabu fix-xejn lil Chelsea bl-iskor ta’ 4-0 biex minbarra li rebħulhom darb­tejn f’temp ta’ erbat ijiem, bl-oħra tkun bl-iskor ta’ 1-0 fil-kampjonat, ma tkun l-ebda sorpriża li l-Pensioners ikunu lill-coach Graham Potter. 

Il-goals waslu minn Riyad Mahrez (23, 85 pen), Julian Alvarez (30 pen) u Phil Foden (38). 

Aston Villa v Stevenage – Kontra kull mistenni, Aston Villa kellhom ibaxxu rashom quddiem Stevenage bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals ta’ dawn tal-aħħar jaslu minn Jamie Reid (88 pen) u Dean Campbell (92) wara li Morgan Sanson (33) fetaħ l-iskor għall-Villans li kellhom lil Leander Dendoncker (85) imkeċċi għal karta ħamra diretta.

Cardiff v Leeds – Leeds salvaw ir-riżultat bl-iskor ta’ 2-2 fit-93 minuta kontra Cardiff City biex issa jilagħbu f’darhom fir-replay. 

Cardiff fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Jaden Philogene-Bidace (24) u Sheyi Ojo (31) filwaqt li Rodrigo (65) u Sonny Perkins kisbu d-draw għall- Peacocks. 

Joel Bagan (80) tkeċċa għal Cardiff filwaqt li Rodrigo (81) falla penalty għal Leeds.

Ekonomija

Sport