Wednesday, April 24, 2024

Serie A: Napoli jiftħu vantaġġ ta’ seba’ punti

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Napoli rritornaw għar- rebħ meta għelbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu seba’ punti vantaġġ f’ras il-klassifika fuq l-eq­reb rivali Juventus. 

Il-goals waslu minn Victor Osimhem (19) u Eljif Elmas (82 pen) wara li Matteo Politano (6) falla penalty għall-Partenopei 

Sampdoria kellhom lil Tomas Rincon (38) imkeċċi għal karta ħamra diretta wara foul professjonali. 

Salernitana v Torino – Salernitana laqgħu lil Torino u temmew fi draw ta’ 1-1. 

Kien Antonio Sanab­ria (36) li fetaħ l-iskor għall- Granata iżda Tonny Vilhena (49) kiseb id-draw għat-team ospitu. 

Lazio v Empoli – Lazio fallew vantaġġ ta’ żewġ goals biex kellhom jikkuntentaw fi draw ta’ 2-2 kontra Empoli.

Kienu Felipe Anderson (2) u Mattia Zaccagni (54) li fetħu vantaġġ doppju għal Lazio iżda Francesco Caputo (83) u Razvan Marin (92) salvaw ir-riżulta għal Empoli.

Spezia v Lecce – Il-partita bejn Spezia u Lecce kienet l-unika waħda li spiċċat fi draw ta’ mingħajr goals. 

Sport