Thursday, April 18, 2024

Valletta miżmuma fi draw diżappuntanti minn Pietá H.

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valletta………………1

Pietá H……………….1

Pietá Hotspurs żammew lil Valletta fi draw ġust ta’ 1-1.

Il-Hotspurs fetħu l-iskor fit-22 minuta meta KIAN LEONARDI avvanza tajjeb fil-kaxxa u b’xutt angolat fil-baxx minn ġol-kaxxa, tefa’ ġewwa.

Fil-41 minuta Valletta ingħataw penalty, iżda mill-11-il metru Shaun Dimech ra lill-goalkeeper Reeves Cini jsalva bi bravura. Il-Beltin komplew fuq l-offensiva u tliet minuti biss wara rebħu penalty ieħor meta Cini waqqa’ lil Soares fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu BRANDON PAIBER, li ma żbaljax.

Fis-57 minuta, Pietá kellhom ċans li jerġgħu imorru fil-vantaġġ meta Abraham kellu xutt mid-distanza mdawwar f’corner mill-goalkeeper Taljan ta’ Valletta, Alessandro Guarnone. Valletta wieġbu fis-66 minuta meta konklużjoni ta’ Brandon Paiber intemmet ftit barra.

Fit-78 minuta kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-goalkeeper ta’ Pietá, Cini, u Ogungbe b’dan tal-aħħar ikollu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tistampa mal-wieqfa, biex b’hekk kważi rriżulta auto-goal sfortunat.

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 3-Enzo Ruiz, 4-Jean Borg, 9-Andrea Zammit, 10-Shaun Dimech, 11-Rodrigues Nilton Soares (13-Isaiah Micallef 83), 22-Brandon Paiber, 28-Jean Marie Ulrich Nnomo Ngong, 66-Eslit Sala, 80-Joseph Willy (24-Rowen Muscat 70), 93-Kilian Bevis Coach: Thane Micallef

Pietá H.: 1-Reeves Cini, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Temitope Ojo Abraham, 6-Daniel Zerafa, 8-Terence Agius, 11-Alan David Schembri Wismayer (7-Jake Ghio 62), 22-Zean Leonardi, 24-Atanda Ganiu Ogungbe, 95-Kian Leonardi (19-Yuto Morita 70), 99-Takuma Yamaguchi (17-Kurt Briffa 73) Coach: Rodney Bugeja

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: James Muscat, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Slawomir Olucha

Skorers: K. Leonardi 22 (P), B. Paiber pen. 44 (V)

Ammoniti: R. Cini, K. Leonardi, Z. Leonardi, C. Bangura (P)

Player tal-Logħba: Kian Leonardi (P)

Ekonomija

Sport