Thursday, April 18, 2024

In-niċċa tad-Duluri lura f’postha meta jerġa’ jinbena l-ħajt f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem, dan is-sit ippubblika artiklu dwar ħajt li twaqqa’ f’Tas-Sliema li fuqu kien hemm niċċa tal-Madonna tad-Duluri. Dan hekk kif bħalissa fil-lokalità għaddej proġett ta’ rinovazzjoni mill-iskola ta’ San Ġużepp li jestendi sa Triq it-Torri.

Kelliem għall-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) iċċara ma’ talk.mt li d-Dipartiment tal-Ispezzjonijiet u l-Infurzar fi ħdan l-Awtorità żar is-sit f’Tas-Sliema u tkellem mal-persuni konċernati fejn ġie aċċertat li l-kwadru tal-Madonna tad-Duluri qiegħed merfugħ.

Intqal ukoll li dan il-kwadru se jsir restawr fuqu u se jerġa’ jitpoġġa f’postu meta l-ħajt jerġa’ jinbena skont il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar PA1418/17.

Ekonomija

Sport