Fis-Serie A, Milan fetħu sitt punti vantaġġ fuq Juventus għat-tieni post tal-klassifika meta barra minn darhom għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 2-1 filwaqt li l-Bianconeri sfaw megħluba minn Lazio bl-iskor ta’ 1-0.
B’hekk, filwaqt li Inter ħarbu bil-kampjonat, Milan huma favoriti li jispiċċaw fit-tieni pożizzjoni.
Milan v Fiorentina – Barra minn darhom, Milan irreġistraw rebħa tajba ta’ 2-1 fuq Fiorentina. Għalihom skorjaw Ruben Loftus-Cheek (47) u Rafael Leao (53) filwaqt li Alfred Duncan (50) kiseb id-draw momentarju għall-Viola.
Lazio v Juventus – Juventus ħadu daqqa ta’ ħarta oħra fit-tentattiv li jtemmu fit-tieni post hekk kif sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0. Meta l-partita dehret li kienet se tintemm fi draw, Adam Marusic (93) skorja l-goal importanti għal Lazio.
Napoli v Atalanta – Atalanta marru għand Napoli u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 biex filwaqt li saħħew it-tamiet tagħhom li jkomplu jisfidaw biex itemmu fir-raba’ post, taw skoss qawwi lill-Partenopei li jagħmlu dan.
Il-goals waslu minn Aleksey Miranchuk (26), Gianluca Scamacca (45) u Teun Koopmeiners (88).
Genoa v Frosinone – Genoa laqgħu lil Frosinone li jinsabu fiż-żona l-ħamra u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1.
Kien Albert Gudmundsson (30) li fetaħ l-iskor minn penalty iżda Reiner Jesus (36) kiseb id-draw għall-viżitaturi.
Torino v Monza – Torino għelbu lil Monza 1-0 li kellhom lil Matteo Pessina (72) imkeċċi.
Il-goal rebbieħ wasal minn penalty ta’ Antonio Sanabria (69).