Minkejja li Zlatan Ibrahimovic sar l-ixjeħ skorer tas-Serie A meta skorja minn penalty, ma setax isalva lil Milan hekk kif sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-1 minn Udinese biex ħadu skoss qawwi fit-tenattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League.
Fatt kurjuż huwa li l-aħħar rebħa f’darhom tal-Friulani kienet ukoll kontra team minn Milan meta fit-18 ta’ Settembru għelbu lil Inter bl-iskor skor … segwita minn sitt draws u żewġ telfiet.
Kien Roberto Pereyra (9) li fetaħ l-iskor għal Udinese b’xutt minn barra l-kaxxa.
Imbagħad kien hemm id-drama eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima meta erba’ minuti tal-ħin miżjud, Milan kisbu d-draw minn penalty mogħti minn Ibrahimovic li skorja mat-tieni tentattiv wara li l-ewwel darba x-xutt tiegħu kien milqugħ mill-goalkeeper Marco Silvestri. Ir-referee ordna li l-penalty jerġa’ jingħata minħabba li Beto ġie ġġudikat li daħal fil-kaxxa qabel l-eżekuzzjoni.
B’hekk l-attakkant internazzjonali Svediż sar l-ixjeħ player li skorja fis-Serie A, fl-etá ta’ 41 sena u 166 jum.
Il-coach ta’ Udinese, Andrea Sottil, intwera l-karta l-ħamra wara protesti eċċessivi wara li r-refere ordna li l-penalty jerġa’ jingħata.
Peró, ir-Rossoneri ma tantx damu jifirħu b’dan il-goal minħabba li Udinese daħlu jistrieħu fil-vantaġġ. Appena għaddew żewġ minuti, Beto kkonkluda mill-pass ta’ Isaac Success.
Fis-70 minuta, Udinese skorjaw it-tielet goal meta wara azzjoni personali ta’ Destiny Udogie, Kingsley Ehizibue xeħet fix-xibka.