Thursday, March 28, 2024

FA Cup: Hat-trick minn Erling Haaland fir-rebħa kbira fuq Burnley

Aqra wkoll

Erling Haaland skorja t-tieni hat-trick tiegħu f’ħamest ijiem hekk kif Manchester City ikkwalifkaw għass-semifinali tal-FA Cup billi għelbu lill-leaders taċ-Championship bl-iskor kbir ta’ 6-0.

Haaland segwa l-goleada ta’ ħames goals personali kontra RB Leipzig fiċ-Champions League billi skorja tlieta oħra biex tella’ l-ammont tiegħu għall-istaġun għal 42 f’dan l-istaġun.

Issa huwa jinsab żewġ goals inqas mir-rekord ta’ Ruud van Nistelrooy u Mohamed Salah li skorjaw 44 fi staġun wieħed fl-ogħla livell tal-football Ingliż. 

Julian Alvarez żied żewġ goals oħra, bis-sitt wieħed jasal mis-sosituti Cole Palmer. 

Din ir-rebħa waslet kontra l-ex player tas-City, Vincent Kompany, li qed imexxi lit-team ta’ Burnley li qed igawdi 13-il punti fil-quċċata taċ-Championship.

Din se tkun is-sitt dehra fis-semi-finali ta’ Manchester City f’seba’ staġuni taħt Pep Guardiola, u din il-forma tagħmilhom favoriti li jgħollu t-Tazza.

Ekonomija

Sport