Wednesday, April 24, 2024

Premier Ingliż: Tottenham ifallu żewġ punti importanti

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Tottenham ġew miżmuma fi draw ta’ 3-3 minn Southampton wara li fit-tieni taqsima kienu qed igawdu vantaġġ ta’ 3-1. 

Huma taw l-impressjoni li kienu se joħorġu rebbieħa b’goals Pedro Porro (45), Harry Kane (65) u Ivan Perisic (74).

Iżda s-Saints irrispondew minn Che Adams (46), Theo Walcott (77) u James Ward-Prowse (93 pen) . 

Aston Villa v Bournemouth– Aston Villa ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 3-0.  L-iskorer tal-Villans kienu Douglas Luiz (7), Jacob Ramsey (80) u Emiliano Buendia (89)

Brentford v Leicester – Brentford laqgħu lil Leicester u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1.  

Kien Mathias Jensen (32) li fetaħ l-iskor għal Brentford iżda Harvey Barnes (52) kiseb id-draw għall-Foxes. 

Brentford kellhom lil Shandon Baptiste (92) imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Wolves v Leeds U.– Wolves ħadu skoss qawwi fil-ġlieda tagħhom għas-salvazzjoni meta f’darhom ġew megħluba 4-2 minn Leeds. 

Il-goals tal-Peacocks waslu minn Jack Harrison (6), Luke Ayling (49), Rasmus Kristensen (62) u Rodrigo. Jonny Castro (65) u Matheus Cunha (73) wieġbu għal Wolves. Castro (82) tkeċċa għal karta ħamra diretta.  

Chelsea v Everton – Chelsea u Everton spiċċaw 2-2. 

Joao Felix (52) u Kai Ha­vertz (76  pen) skorjaw għal Chelsea iżda Abdoulaye Dou­coure (69) u Ellis Simms (89) wieġbu għal Everton. 

Sport