Sunday, December 22, 2024

Serie A: Milan v Roma l-aqwa partita

Aqra wkoll

Meta jintlagħab l-ew­wel programm tat-tieni round tas-Serie A, l-aktar partita li tisraq ix-xena hija dik bejn Milan u Roma li inċidentalment iż-żewġ timijiet aktar kmieni din il-ġimgħa sfaw eliminati mill-Coppa Italia.  

Min-naħa l-oħra, il-leaders Inter għandhom partita delikata meta jmorru għand Monza filwaqt li Juventus, li jinsabu fit-tieni post, jibdew favoriti meta jilqgħu lil Sassuolo.

Milan v Roma – Bla dubju, din hija l-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa bejn żewġ timijiet li f’nofs il-ġimgħa sfaw megħluba u eliminati bla mistenni mill-Coppa Italia. 

Milan tilfu f’darhom kontra Atalanta 2-1 filwaqt li Roma tilfu d-derby kontra Lazio 1-0. 

Iż-żewġ timijiet iridu jinsew dan id-diżappunt biex jirriorganizzaw u jikkonċentraw f’dan il-konfront minħabba li xejn minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji taż-żewġ timi­­-j­iet biex ikomplu jisfidaw għall- kompetizzjonijiet Ew­ro­pej. 

Il-pressjoni tinsab fuq ir-Rossoneri u l-coach tagħ­hom, Stefano Pioli. Jekk ma jiksibx riżultat pożittiv jista’ jitkeċċa mill-kariga tie­għu. 

Din hija partita bilanċjata li tista’ tmur kull naħa. 

F’San Siro dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu 88 darba fejn Milan rebħu 48 filwaqt li Roma ħarġu rebbieħa 19-il darba. 

Milan se jkollhom jgħaddu mingħajr Fikayo Tomori, Tommaso Pobega, Malick Thiaw u Pierre Kalulu li jinsabu mweġġgħin.

Min-naħa tal-Giallorossi, għandhom barra lil Diego Llorente, Renato Sanches, Chris Smalling u Tammy Ab­raham.

Monza v Inter – Il-leaders Inter imorru għand Monza f’dik li hija meqjus bħala partita delikata. 

Dan minħabba li filwaqt li Inter jibdew favo­riti, Monza kapaċi jqumu għall-okkażjoni u jagħtu sopriża hekk kif inhuma meqjusa bħala giant-killers. 

Inter ma jridux jinsew li fl-aħħar partita f’darhom kellhom jitħabtu biex għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 2-1 fejn dawn tal-aħħar fallew ukoll penalty fis-97 minuta. 

Il-coach ta’ Monza, Raffaele Palladino, ma jistax jagħmel użu mill-imweġ­ġgħin, Valentin Carboni, Mi­chele de Gregorio u Gian­luca Caprari.

Min-naħa tagħhom, Inter ma jistgħux jinkludu lil Juan Cuadrado li mistenni jidħol lura għal-logħob għall-bidu ta’ Marzu.

Juventus v Sassuolo – Juventus jospitaw lil Sas­suolo u filwaqt li din il-partita hija meqjusa faċli, huma jittamaw għal xi żelqa minn Inter hekk kif id-distakk ta’ bejniethom huwa dak ta’ żewġ punti biss. 

Iżda Sassuolo neżlin għal dan il-konfront b’mo­ral għoli minħabba li ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 fuq Fio­rentina. 

Juventus se jkollhom jgħaddu mingħajr Federi­co Chiesa, Moise Kean u Mattia de Sciglio li qed jir­kupraw minn injury. 

Sassuolo ma jistgħux jużaw lil Gregoire Defrel, Uros Racic, Matias Vina u Pedro Obiang.

Ekonomija

Sport