Fil-Kampjonat Taljan, Napoli għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tat-titlu meta marru għand Spezia u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0.
Fil-veritá, Spezia kellhom xejn inqas minn disa’ player regolari neqsin minħabba injuries u l-Partenopei kellhom jistennew sa żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima biex żblukkaw ir-riżultat minn penalty mogħti minn Khvicha Kvaratskhelia wara li Arkadiusz Reca mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.
Wara dan il-goal, it-team immexxi mill-coach, Luciano Spalletti, beda jiddomina u ma kienet l-ebda sorpriża li skorjaw darbtejn oħra … minn doppjetta ta’ Victor Osimhen (68, 73) … biex s’issa skorja 16-il goal fil-kampjonat f’dan l-istaġun.