Saturday, May 10, 2025

Serie A: Napoli jistgħu jagħmlu pass lejn ir-rebħa tal-Iscudetto

Aqra wkoll

Meta tintlagħab is-36 ġurnata tas-Serie A, il-leaders Napoli jistgħu jagħmlu pass kbir lejn ir- rebħ tal-Iscudetto. 

Dan minħabba li filwaqt li huma se jilqgħu lil Genoa, Inter imorru jilagħbu għand Torino liema konfront qed jitqies bħala wieħed deli­kat.

Napoli v Genoa – Hekk kif fadal tliet partiti għat- tmiem il-poplu Naplitan jinsab f’”festa” konxju mill-fatt li jekk it-team tagħhom jegħleb lil Genoa, huma jagħmlu pass kbir lejn ir- rebħ tat-titlu. 

Huma se jilagħbu kontra team li jinsab fit-13-il post mingħajr l-ebda periklu tar- relegazzjoni. 

Peró, il-Partenopei jridu juru rispetti massimu lejn l-avversarji tagħhom biex iżommu t-tliet punti vantaġġ fuq Inter filwaqt li jittamaw li n-Nerazzurri ji­żolqu kontra Torino. 

Barra minn hekk, Napoli jimmiraw li jkomplu bis- sensiela pożittiva meta mill-aħħar tmien partiti kisbu 20 punt … bl-aħħar telfa tmur lura għat-23 ta’ Frar, meta sfaw megħluba 2-1 minn Como. 

Huma ma jistgħux jinkludu lil Stanislav Lobotka, Alessandro Buongiorno, Juan Jesus,  Jesper Lindstroem u David Neres minħabba li kollha qed jirkupraw minn injury. 

Torino v Inter – Wara s- suċċess kbir fis-semi-finali tal-UEFA Champions Lea­gue li f’konfront spetta­kolari għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 4-3 u b’aggregate ta’ 7-6, Inter jivvaġġjaw lejn Turin biex jaffrontaw lil Torino.

Bla dubju, in-Nerazzurri jinżlu għal din il-partita b’moral għoli iżda l-Granata jistgħu japprofittaw mill-għejja fiżika u mentali ta’ Inter wara li fil-partita kontra l-Katalani huma lagħbu 120 minuta minħabba li partita kellha tmur fil-ħin barrani. 

Iżda minkejja li l-prijo­ritá ta’ Inter hija l-finali tal- aqwa kompetizzjoni Ew­ropea, huma ma jridux iwaqqgħu l-punti f’dan l-istadju l-aktar kruċjali.

Inter ma jistgħux jutlizzaw lill-imweġġgħin – Sebastiano Esposito, Hakan Calhanoglu, Benjamin Pavard, Valentin Carboni u Zinho Vanheusden.

Lazio v Juventus – Dan huwa konfront dirett u importanti għall-kwalifikaz­zjoni għall-UEFA Cham­pions League.

Rebħa biss tissodisfa l-kriterji ta’ dawn iż-żewġ timijiet konxji mill-fatt li Atalanta, li jinsabu fit-tieni post, se jospitaw lil Roma li għandhom punti daqs l-    is­tess Juventus u Lazio filwaqt li Bologna, li għandhom  punt inqas, lagħbu tard il-bieraħ filgħaxija. 

Il-pressjoni tinsab fuq it-timijiet kollha għax hekk kif fadal disa’ punti għat- tmiem, min ifalli jiġi “eli­minat” mill-ewwel erbgħa. 

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport