Thursday, December 26, 2024

Serie A: Napoli jistgħu jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata

Aqra wkoll

Meta tintlagħab it-tmien  ġurnata tas-Serie A, teżisti possibbiltá li Napoli jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika me­ta filwaqt li jilagħbu barra minn darhom kontra Empoli, Inter imorru għand Roma u Juventus jospitaw lil Lazio.

Empoli v Napoli – ll-leaders Napoli jmorru fit-Toscana biex jilagħbu kontra Empoli. 

It-team immexxi mill-coach, Antonio Conte, ir­kupra sew mit-telfa inizjali ta’ 3-0 kontra Verona biex irreġistra ħames rebħiet u draw.  

Min-naħa ta’ Empoli, jin­sabu fl-10 post tal-klassifika u filwaqt li l-mira tagħhom kienet li jsalvaw mir-relegazzjoni, issa huma qed jimmiraw għal post f’xi kompetizzjoni Ewropea.  

Peró, minkejja dan, Napoli xorta waħda jibdew bħa­la favoriti li jiksbu t-   tliet punti. 

Huma għandhom lill- goalkeeper, Alex Meret, imweġġa’ filwaqt li Empoli ma jistgħux jinkludu lil Saba Sazonov, Szymon Zur­kow­ski, Samuele Perisan u Tyronne Ebuehi.

Roma v Inter – Dan huwa konfront klassiku bejn iċ-champions Inter u team li qed jittama għall-konsis­tenza u għall-kontinwitá taħt il-coach il-ġdid, Ivan Juric.

Bħalissa, il-Giallorossi jin­­sabu fid-disa’ post tal- klassifika u għaldaqstant huwa mperattiv li ma jo­ħorġux b’idejhom vojta minn dan il-konfront.   

Min-naħa tan-Nerazzurri, dawn jinsabu fit-tieni post tal-klassifika u għal­daqstant ikunu jridu jżommu l-kuntatt magħhom.

Din se tkun it-92 darba li Inter se jilqgħu lil Roma hekk kif il-bilanċ huwa favur Inter meta rebħu 47 filwaqt li Roma rebħu 16, bit-28 l-oħra jintemmu fi draw.  

Roma għandhom barra lil Stephan El Sharaawy, Paulo Dybala u Alexis Saelemae­kers li huma mweġġgħin.

Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr Nicolo Barella u Tajon Buchanan għall-is­tess raġuni. 

Juventus v Lazio – Juventus għandhom konfront diffiċli meta jilqgħu lil Lazio li jinsabu ndaqs fil-punti iżda l-Bianconeri għandhom differenza ta’ goals aħjar. 

Wara d-draw ta’ 1-1 kontra Cagliari, il-Juventini jim­miraw li jirritornaw għar- rebħ kontra team li ġej minn suċċess ta’ 2-1 fuq Empoli.

Juventus għandhom bosta players neqsin minħabba li qed jirkupraw minn injury. Dawn huma Weston McKennie, Teun Koopmei­ners, Nico Gonzalez, Bre­mer u Timothy Weah filwaqt li Francisco Conceicao huwa   sospiż.

Ekonomija

Sport