Napoli sfaw megħluba f’darhom minn Lazio bl-iskor ta’ 2-1 b’dawn tal-aħħar ikollhom ukoll żewġ goals imħassra.
Kien Napoli li bdew tajjeb iżda, fit-30 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, Lazio marru fil-vantaġġ meta Felip Anderson xeħet lejn Luis Alberto li rtokka l-ballun għal ġewwa.
Iżda dan il-vantaġġ ma tantx dam minħabba li żewġ minuti wara Piotr Zielinski kiseb id-draw megħjun minn devjazzzjoni doppja ta’ Daichi Kamada u Alessio Romagnoli.
Madankollu, fit-52 minuta Lazio skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta Daichi Kamada rċieva mingħand Anderson u minn pożizzjoni ideali ma żbaljax.