Waqt il-logħbiet mis-Serie A Taljana ta’ tmiem din il-ġimgħa, wieħed seta’ jara lill-plejers kollha li kellhom sinjal aħmar ma’ wiċċhom. Fil-fatt, il-Lega Serie A iddeċidiet li tagħmel dan is-simbolu bħala parti mill-kampanja li għaddejja bħalissa fl-Italja kontra l-vjolenza domestika.
Din hi s-seba’ sena konsekuttiva li qed issir din il-kampanja li tqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Taljani li din it-tip ta’ vjolenza m’hi qatt ġustifikata.
Apparti l-plejers anke r-referees u l-kowċis għamlu dan is-sinjal aħmar fuq wiċċhom.
Fl-Italja bħalissa dan il-moviment jinsab fl-aqwa tiegħu wara l-qtil ta’ Giulia Cecchettin.