Sunday, December 22, 2024

Serie A: Rebħa kbira minn Roma

Aqra wkoll

Lorenzo Pellegrini skorja fit-tieni minuta u Paolo Dybala kiseb doppjetta hekk kif Roma għelbu lil Cagliari bl-iskor ta’  4-0 fis-Serie A nhar it-Tnejn biex din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva mindu l-coach Daniel De Rossi ngħata t-tmexxija tat-team. 

Din ir-rebħa kienet tfisser ukoll li l-Giallorossi telgħu fil-ħames post, żewġ punti inqas minn Bologna. 

Huma ma setgħux kellhom bidu aħjar hekk kif wara 93 sekondi Pellegrini fetaħ l-iskor minn azzjoni ta’ corner. 

Imbagħad, il-21 minuta, Dybala beda azzjoni li fiha kienu nvoluti erba’ players li spiċċat bl-attakkant Arġentin jixħet fix-xibka wara li rċieva minn daqqa ta’ takkuna ta’ Pellegrini, b’Romelu Lukaku jagħmel finta biex qarraq bid-difiża avversarja. 

Fil-51 minuta, Dybala aċċerta r-rebħa minn penalty biex id-difensur Olandiż ta’ 19-il sena, Dean Huijsen, li huwa misluf mingħand Juventus, irreġistra l-ewwel goal tiegħu mar-Romanisti permezz ta’ daqqa ta’ ras. 

Il-partita li jmiss se tkun test diffiċli għal De Rossi hekk kif jospitaw lil-leaders Inter. 

Ekonomija

Sport