Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Manchester City jitilgħu fit-tieni post

Aqra wkoll

Manchester City telgħu fit-tieni post tal-Premier League Ingliż meta barra minn darhom għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 3-1, bl-eroj tagħhom ikun Phil Foden li skorja hat-trick. 

Iżda kienu Brentford li fetħu l-iskor fil-21 minuta minn Neal Maupay, wara kontrattakk veloċi. 

Is-City għamlu reazzjoni u bnew attakka wara ieħor iżda sabu lill-goalkeeper tal-Bees, Mark Flekken, fejn wettaq bosta saves … sakemm fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima ma seta’ jagħmel xejn mit-tentattiv ta’ Foden. 

Tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Manchester City marru fil-vantaġġ meta Foden għeleb lil Flekken mill-cross ta’ Kevin de Bruyne. 

Peró, f’nofs din it-taqsima, Brentford resqu ferm viċin li jiksbu d-draw iżda Ivan Toney falla ċans tad-deheb minn taħt il-lasti. 

Ta’ dan in-nuqqas, is-City wieġbu bit-tielet goal meta Erling Haaland xeħet lejn Foden li mill-viċin ma żbaljax. 

Lejn it-tmiem, Maupay u Kyle Walker kienu nvoluti f’argument jaħraq fejn il-manager, Pep Guardiola, ħareġ minn fuq il-bank biex jikkalma lill-player tiegħu. 

Ekonomija

Sport