Saturday, December 21, 2024

Serie A: Rimonta minn Juventus kontra Inter

Aqra wkoll

F’partita klassika fid- Derby tal-Italja, Inter u Juventus temmew fi draw ta 4-4 wara li n-Nerazzurri dehru resqin lejn rebħa iżda l-Bianconeri għamlu rimonta għal draw mis­t­ħoqq.

L-iskorers ta’ Inter kienu  Piotr Zielinski (15 pen, 37 pen), Henrikh Mkhitaryan (35) u Denzel Dumfries (53) filwaqt li Dusan Vlahovic (20), Tim Weah (27) u Kenan Yildiz (71, 82) irrispondew għal Juventus.

Parma v Empoli – Parma ospitaw lil Empoli u temmew fi draw ta’ 1-1.

Iżda huma fallew iċ-ċans li joħorġu bit-tliet punti hekk kif seba’ minuti mit- tmiem ingħataw penalty meta Pontus Almqvist twaq­qa’ fil-kaxxa.

Iżda mill-11-il metru, Ange Bonny ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-mimduda.

Empoli fetħu l-iskor minn auto-goal ta’ Woyo Coulibaly (35) iżda Gabriel Charpentier (80) salva r- riżultat għat-team ospitu.  

Lazio v Genoa – Lazio laqgħu lil Genoa u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 bir-rebħa timmatura fl-aħħar erba’ minuti meta skorjaw żewġ goals.

Kien Tijjani Noslin (21) li fetaħ l-iskor għal Lazio filwaqt li Pedro (86) u Ma­tias Vecino (90) aċċertaw ir-rebħa.

Monza v Venezia – F’partita mimilja drama, Monza u Venezia temmew fi draw ta’ 2-2.

Venezia kienu dejjem minn fuq permezz ta’ Mikael Ellertsson (15) u Michael Svoboda (39) filwaqt li Giorgos Kyriakopoulos (23) u Milan Djuric (44) kisbu d-draw għal Monza li kellhom lil Warren Bondo (80) imkeċċi.

Ekonomija

Sport